Tonight The Restoration Of The Titular Painting At The Nativity Collegiate In Naxxar Will Be Inaugurated

Tonight after the celebration of mass at 6.30pm, the inauguration of the Titular painting of the Nativity at the Marija Bambina Collegiate in Naxxar will take place. The altar painting of the NATIVITY OF THE VIRGIN, is attributed to Guiseppe d’Arena. Datable to c. 1705, it is wonderfully composed and executed at a high level…

Bħal-Lum Kien Wasal Personaġġ Storiku F’Pajjiżna… Min Kien?

Bħal-lum 23 t’Awwissu tal-1810, kien wasal Malta Lucien Bonaparte, ħu Napuljun Bonaparte. Huwa ġie fuq frejgata Ingliża minn Ruma. Kien mar hemmhekk wara li ħarab u fejn kien milqugħ mill-Papa Piju VII. Iżda minħabba l-ispjuni ta’ ħuħ, huwa ma setax jgħix u ħarab lejn l-Istait Uniti. Lucien Bonaparte nqabad minn żewġ frejgati Ingliżi u nġab…

Agħti Widen – Preżentazzjoni Li Tiċċelebra L-Identità U L-Kultura Maltija

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tippreżenta “Agħti Widen”, spettaklu li jgħaqqad il-mużika sinfonika mal-vidjografija b’temi ta’ ritwali, l-ambjent naturali, is-snajja u l-festi Maltin. “Agħti Widen” se jittella’ ġewwa Pjazza Teatru Rjal nhar l-10 u l-11 ta’ Settembru fit-8pm. Dan il-proġett se jieħu l-udjenza fuq vjaġġ mill-isbaħ ta’ mużika u xenografija, kif ukoll ħsejjes awtentiċi Maltin…

L-Elezzjonijiet Kienu Damu Sejrin Sebat Ijiem

Fis-16 t’Awwissu tal-1849 kienu bdew l-ewwel elezzjonijiet għall-Kunsill tal-Gvern. L-Elezzjonijiet damu sejrin sebat ijiem. Il-Maġġoranza ta’ dawk li kienu intitolati għall-vot, li ma kinux ħafna, marru jivvutaw. Fost dawk li telgħu fil-Kunsill, kien hemm Dr. Adrian Dingli li kien magħruf fil-qasam pubbliku u legali f’Malti. Huwa kien tela’ minn Għawdex. Ritratt: https://judiciary.mt/

“Jasal Iż-Żmien Meta L-Ħin Jieqaf…” – L-Arloġġ Tax-Xemx Mal-Bini Tal-Università L-Qadima

Kien it-13 t’Awwissu tal-1695 meta kien tlesta l-arloġġ tax-xemx li hemm mal-bini tal-Università l-Qadima fil-Belt Valletta. Dan l-arloġġ għandu wkoll motto li jgħid: “Jasal iż-żmien meta l-ħin jieqaf u mbagħad ikun hemm dawl etern għat-tajbin u lejl li ma jintemmx għall-ħżiena”. Biex iż-żmien qatt ma jnessi l-istorja, niktbu dwarha.   Ritratt: https://vassallohistory.wordpress.com/

Araw X’Ħoloq B’Idejh Daniel Formosa Minn Sannat

Daniel Formosa ta’ 21 sena huwa artist minn Sannat f’Għawdex. Tgħoġbu l-arti relatata mal-kultura Maltija u jħobb jaħdem ix-xogħol hu stess b’idejh. Spiss jesperimenta b’materjali differenti bħal pafal, pitturi u metodi u materjali oħra. Bħalissa donnu hawn moda ta’ qsari mpittrin biż-żebgħa. Għalhekk, Daniel iddeċieda li minflok qsari-pupi (kif ġieli naraw), jagħmel xi ħaġa relatata…

Terġa’ Tingħata L-Ħajja Pittura Tas-Seklu 17 Fil-Knisja Parrokkjali Tal-Gudja

Fi proġett mill-Fondazzjoni GAL Xlokk u Grupp Żgħażagħ Gudja, x-xena ta’ agunija ta’ Kristu Msallab jieħu l-aħħar nifsijiet tiegħu fuq is-salib u li tmur lura għas-seklu sbatax ġiet restawrata għall-istat oriġinali tagħha. Din tinsab fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija. Ir-Restawratriċi Amy Sciberras irrealizzat li din il-pittura sofriet diversi inċidenti matul iż-żminijiet, fosthom waqt il-gwerra.…

Irrestawrat Ix-Xatt Tal-Esplora Fil-Kalkara – Dan Huwa L-Ġmiel Ta’ Pajjiżna

Ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela inawgura servizz ġdid ta’ trasport bil-baħar mill-Port il-Kbir għall-Esplora bħala parti minn proġett sħiħ ta’ restawr tax-xatt fil-Kalkara qrib iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenzi, li sar b’investiment ta’ €2.5 miljun minn fondi nazzjonali. Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela fisser dan il-proġett bħala wieħed li jinseġ flimkien l-innovazzjoni, l-infrastruttura u l-ambjent.…

Inawgurata Pittura Fil-Koppla Tal-Knisja Kolleġġjata Ta’ San Lawrenz Fil-Birgu

Ilbieraħ l-1 ta’Awwissu 2021 ġie nawgurat il-proġett tad-dekorazzjoni tal-koppla tal-Knisja Kolleggjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu. Il-pittura hija maqsuma f’żewġ partijiet prinċipali fejn għandek il-parti sagra li fiha naraw il-Madonna mal-qaddisin fil-glorja u l-parti profana li tirrappreżenta r-rebħa tal-assedju. Iċ-ċentru tal-pittura hija l-Madonna imlibbsa bil-mant aħmar u l-libsa blu biex tkun bħal dik tal-Ikona tal-Madonna tad-Damaxxena…