Bosta Fondazzjonijiet Maltin Juru S-Solidarjetà Fil-Mument Tal-Prova: Marigold Bi Proġett Għal Żewġ Skopijiet

Bosta drabi nisimgħu b’fondazzjonijiet lokali li jagħmlu avvenimenti jew proġetti li jħallu effett pozittiv lis-soċjetà Maltija. Bħalissa l-Fondazzjoni Marigold għaddejja bi proġett fejn qed jinħadmu maskri tad-drapp biex dak li jkun iżomm ruħu sigur waqt il-pandemija li qed tolqotna tal-Covid-19. Iżda apparti dan l-iskop, hemm skop ieħor; li jinġabru fondi biex l-istess fondazzjoni tkun tista’…

Għidut Isostnu Li Dun Ġorġ Preca Beda L-Purċissjoni Tal-Bambin Minħabba Dak Li Kien Qal Manwel Dimech

Għidut! Mela qabel xejn, ejjew nibdew minn din l-ewwel. Il-kelma ‘għidut‘ minnha nfisha tfisser li dak li jintqal mhux bilfors ikun veru. Mill-banda l-oħra hemm il-qawl Malti li jgħid ‘Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn!’ Darba il-Patri Dumnikan, Dr. Mark Montebello kien kiteb li Dimech kien jitkellem fuq diversi temi li kienu xi ftit kontroversali iżda waħda…

Fuq It-Tema tal-Gwerra Dinjija Araw X’kienu L-Victory Kitchens… Jekk Tisraq Il-Ħobż Kont Tmur 4 Xhur Ħabs

F’dik li tissejjaħ Storja Orali jiġifieri storja rrakontata min-nies li għexuha huma stess, Joseph Caruana lill-persuna li ntervistatu qallha hekk : “Niftakar li ż-żejt kien bir-razzjon u n-nies ma kellhomx biex isajru mingħajru. Barra minn hekk kien hemm ftit ikel x’jinbiegħ. Allura l-Victory Kitchens bdew u n-nies kienu jingħataw kupun; wieħed għal kull membru tal-familja…

Bil-Filmat: Tebut Sempliċi Għall-Granmastru…Isir Il-Funeral

Nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju 2020 sar il-funeral tat-80 Granmastru tal-Ordni Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto li miet fid-29 t’April kawża ta’ marda inkurabbli. Fejn is-soltu dawn ikollhom ċertu pompa; speċjalment fil-passat fejn l-Ordni kienet tuża l-okkażjoni biex turi s-saħħa tagħha, din id-darba l-funeral kien limitat ħafna minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19. Preżenti kien hemm…

Għalkemm Il-Festi Esterni Tħassru, Ser Jingħata Permess Jinħaraq Xogħol Pirotekniku…

Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Nfurzar tal-Liġi Byron Camilleri ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li ser jingħata permess limitat biex jinħaraq xogħol pirotekniku fil-jiem li s-soltu tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-irħula u l-ibliet ta’ pajjiżna. Il-ġranet permessibbli ser ikunu: ✅ Lejliet u nhar il-festa filgħodu u f’nofsinhar. ✅ Lejliet il-festa fil-ħin ta’ tranżulazzjoni (għall-ħabta tas-6pm). ✅F’nhar…

Isimgħu Liż-Żabbari Fredu Abela ‘Il-Bamboċċu’

Fredu Abela mlaqqam ‘il-Bamboċċu‘ kien wieħed mill-ftit għannejja Maltin li ħallew impatt fuq l-iżvilupp tal-għana Maltija. Twieled f’Ħaż-Żabbar fid-19 ta’ April tal-1944 u ħalla din id-dinja fid-9 ta’ Novembru 2003. Għall-bidu kien jaħdem bħala kunduttur fuq il-karozzi tal-linja u minħabba l-figura tiegħu, tlaqqam il-bamboċċu. Malli għalaq il-15- il sena beda jkanta ma’ zijuh: Salvu Darmanin…

“Ħa Naqla’ D-Dar U Nibdel Il-Purtieri Għax Ġej It-Tberik” – Drawwiet Li Battew Sew

Żgur li tiftakruha tidwi din is-sentenza ġo widnejkom; li ġej it-tberik u rridu nnadfu waħda sew! Drawwiet li llum kważi qas għadhom iseħħu ħlief forsi xi nies ftit aktar anzjani jew tradizzjonali li jagħmlu hekk. Kienet tkun drawwa li malli joqrob it-tberik, in-nisa tad-dar kienu jaqilgħu waħda sew djarhom billi jnaddfu iżjed milli jnaddfu ta’…

€200,000 F’Assistenza Lill-Każini Tal-Baned Waqt Covid-19

Illum tħabbar li anke l-każini tal-baned li huma ferm importanti fl-istrata tal-kultura Maltija, ser ikunu qed jiġu mgħejjuna permezz tas-somma ta’ ftit iżjed minn €200,000 waqt il-Covid-19. Dawn ser jingħataw mill-fond tal-Good Causes Fund wara li s-sitwazzjoni preżenti ġiet diskussa bejn is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo flimkien mal-Ministri Edward Scicluna u Josè…

Kienu Jaħsbu Li T-Tarbija Tagħhom Bidilhielhom Ix-Xitan!

Superstizzjonijiet antiki   Ara naqra s-superstizzjoni kemm iġġiegħelek taħseb ħażin. Ilkoll nafu li l-mediċina fl-imgħoddi kienet aktar skarsa u jekk kien hemm, kienet ibbażata aktar fuq pjanti naturali. Madanakollu, dan ifisser li kien hemm mard bla kura għalih. Dari, jekk tarbija kienet tkun marida u ma kinux ikunu jafu x’kellha, kien hemm min kien jhewden…

Bil-Filmat: Ġejt Magħżula Biex Issib L-Għuda Mqaddsa Tas-Salib – Santu Kruċ F’Birkirkara

Il-Karkariżi bħal-lum iqumu ferħana għaliex il-padruna ta’ raħal twelidhom toħroġ darba oħra qabel il-festa titulari f’Awissu. Iżda ferħana iżjed minn hekk, minħabba d-devozzjoni antika lejn is-Salib Imqaddes li sabet l-Imperatriċi Awgusta Sant’Elena. Din hija festa antika li l-Knisja Rumana ilha tiċċelebra sa minn żmien il-qedem; festa propju ad unur is-sejba tar-relikwa qaddisa tas-Salib. Din is-sena…