Mur Ħalli L-Karettun Fin-Nofs Illum… Kif Inbidel Iż-żmien!

Innutajna ritratt mill-isbaħ li ttella’ fuq Bay Retro; ritratt li jmur lura għas-sena 1977. Araw ftit id-differenza u kemm jinbidlu ż-żmienijiet. Innutaw l-ilbies, it-triq, ir-rota, il-mara kokka tqalleb fil-ġewlaq u l-omm timbotta lit-tarbija… Iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. Min jaf, forsi fil-futur (u hekk se jiġri), se jġibu ritratti tagħna kif qed ngħixu…

Minn Għada l-Bastjaniżi Ħa Jiċċelebraw Bil-Kbir…

Ċelebrazzjonijiet b’differenza fi tmiem il-ġimgħa mill-Bastjaniżi B’xorti tajba għalihom din is-sena l-Bastjaniżi ser ikunu ċċelebraw kemm il-Festa Liturġika li ssir fl-20 ta’ Jannar, kif ukoll il-Festa Titulari li tiġi ċċelebrata kull tielet Ħadd ta’ Lulju. Għalkemm ridotta u b’ħafna restrizzjonijiet minħabba l-Covid-19, il-Qriema Bastjaniżi ħejjew programm differenti minn dak tas-soltu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa. Il-qofol…

Malta Tiċċelebra L-Ewwel Darba Ġimgħa Sħiħa Bla Ebda Każ Ġdid ta’ Covid-19

Illum pajjiżna jiċċelebra ġimgħa sħiħa mingħajr ebda każ ġdid ta’ Covid-19. Hekk tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa Chris Fearne fuq il-paġna tal-facebook tiegħu. Din hi l-ewwel darba minn meta feġġet il-pandemija f’pajjiżna li għalaqna ġimgħa sħiħa bla ebda każ ġdid! F’pajjiżna sa issa fiequ 661 minn total ta’ 674. Każi attivi nsibu biss…

Bil-Filmat: Għandkom Iċ-Ċans Tesperjenzaw Xeni Storiċi B’Mod Virtwali F’Dar Il-Mediterran

Issa tistgħu tgawdu minn mużew virtwali f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Post li jmur lura għas-seklu 16. Intuża bħala Sptar tal-Mediterran u kien magħruf bħala s-Sacra Infermeria. Fuq ordni tal-Granmastru Jean de la Cassiere, din il-binja hija ġawhra u li llum tintuża għal bosta funzjonijiet diversi fosthom konferenzi u laqgħat internazzjonali; insemmu l-Valletta Summit, ic-CHOGM u bost…

Bis-Saħħa Tagħkom Segwaċi Ta’ Wirt Malta Araw X’Sirna Nafu Dwar Il-Ġnien Li Kien Hemm Fi Pjazza Repubblika

Ftit ilu tellajna artiklu dwar restawr ta’ ljuni kbar tal-ġebel tas-seklu 19 li kienu intenzjonati biex joqogħdu fuq l-arkati tal-entratura tal-ġnien fi Pjazza Repubblika. Bosta kienu dawk li kkumentawlna dwar il-ġnien li kien hemm u li xtaqu tagħrif dwaru. Ħadna l-inizjattiva u tkellimna mas-Sur Emanuel Magro Conti (Kuratur Prinċipali fi ħdan Heritage Malta) u qasam…

Bil-Filmat: Għaxar Subien Maltin Qed Jitgħallmu L-Bizzilla… Dan Jagħtina Kuraġġ Kbir!

Wieħed minnhom huwa Nathaniel Gauci, li ddeċidew li jibdew jitgħallmu t-tradizzjoni antika u marbuta l-aktar mal-gżira Għawdxija, dik taċ-Ċombini. Tista’ tgħid li din is-sengħa majnat xi ftit mhux ħażin. Hemm diversi daqsijiet ta’ ċombini skont ix-xogħol. Wieħed jorbot il-ħajt maċ-ċombini u wara jintrama t-trajbu; jew imħadda kif inhi magħrufa f’Għawdex. Hemm trajbu li jintuża wieqaf…

Bil-Filmat: Għal Bosta Snin Għawdex Kienet il-Gżira Fejn Kienu Jitkeċċew Kavallieri Imqarbin…

Sewwa smajtu. Każi kien hemm bil-qabda. Iżda wieħed minnhom kien dak ta’ Fra Pietro Meglia; kavallier Taljan li fl-1539 kien weħel 6 xhur ħabs fiċ-Ċittadella f’Għawdex għaliex dan fettillu jagħmel sellum filgħaxija u jitla’ fid-dormitorju tas-sorijiet. Immaġinaw xi skandlu kien dak iż-żmien! Anke Jean De Vallette nnifsu kien ħabsi fiċ-Ċittadella t’Għawdex. Kellu 44 sena. Skont…

Restawr Ta’ Knejjes U Opri Artistiċi Mill-Arċidjoċesi Maltija

Fi stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar li din se tidħol għal xogħol ta’ restawr u konservazzjoni ta’ għaxar proġetti addizzjonali mas-17-il proġett li diġà tħabbru s-sena li għaddiet, b’investiment totali ta’ madwar €4 miljun b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti jinkludu r-restawr strutturali tal-knejjes kif ukoll il-konservazzjoni ta’ diversi opri tal-arti, fosthom…

Sparaw Irjus Tal-Ottomani Lejn In-Naħa L-Oħra Tal-Port

Hekk hi l-kelma li tgħid meta tirreferi għal din il-ġrajja storika. Malli l-Forti Sant’Iermu spiċċa ntilef fit-23 ta’ Ġunju tal-1565 u waqa’ f’idejn it-Torok, l-Ottomani qabdu u qatlu lil dawk li kien baqa’ ħajjin; sammruhom mat-tavli u fallakki tal-injam u bagħtuhom lejn in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir. Dan għamluh biex jiddimoralizzaw lill-Maltin u lill-Ordni. Imma l-Maltin…

Għaliex Hemm Is-Slaleb Mal-Ġnub Tal-Knisja Ta’ San Gejtanu Tal-Ħamrun?

Innutajna post ħelwa fil-paġna Providenza b’kollaborazzjoni ma’ Gianluca Grech li tqanqal interess f’ħafna. F’din il-paġna ntqal li dawk is-slaleb minquxa mill-ġebla mal-ħajt fuq in-naħa tax-xellug tal-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun kienu saru għal skop importanti. Din il-knisja nbniet f’nofs is-sekla 19. Dahar ma’ dahar ma’ dawn is-slaleb, kien hemm l-artali mqaddsa. Dawn is-slaleb jindikaw…