Is-Sette Guigno 1919 Se Jkun Iċċelebrat Hekk…

Attivitajiet organizzati mill-Parlament ta’ Malta u mill-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta biex ifakkru l-ġrajjiet tas-Sette Giugno 1919 għal din is-sena:   Il-Ġimgħa, 4 ta’ Ġunju 2021 Ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919 fis-6.30 ta’ filgħaxija f’Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Parlament ta’ Malta, jagħmel diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem…

Filmat Memorabbli: Meta L-Maltin Bdew Jemigraw Għal Futur Aħjar

Filmat li ttella’ minn Malta Audio Visual Memories bi kwalità tajba mmens, juri intervista ma’ diversi żgħażagħ Maltin minn preżentatur tal-istazzjon Malta, dak iż-żmien MTV dwar il-futur li dawn għażlu. Fil-fatt, juri perjodu meta f’pajjiżna x-xogħol kien naqas sew u ħafna kienu dawk li bdew jemigraw lejn xtut barranin, fosthom l-aktar popolari kienet l-Awstralja, biex isibu…

An Amazing Archaeological Discovery In Qrendi

On the official facebook of The Superintendence of Cultural Heritage it was said that recently, the first phase of an archaeological investigation within the 𝐾𝑛𝑖𝑠𝑗𝑎 𝑡𝑎𝑙-𝑀𝑎𝑑𝑜𝑛𝑛𝑎 𝑇𝑎𝑙-Ħ𝑛𝑖𝑒𝑛𝑎, in Qrendi was concluded. The works were carried out in conjunction with the Restoration Directorate. Walls showing an older structure were discovered upon the removal of the existing floor…

Bil-Filmat: Jibda Jiżżarma L-Mekkanizmu Tal-Mitħna Tal-Għaqba Fin-Naxxar

Proġett interessanti huwa dak li qed isir fil-Mitħna tal-Għaqba fin-Naxxar fejn wara li ġiet irrestawrata b’fondi Ewropej, issa jmiss li jsir ix-xogħol fuq il-mekkaniżmu tal-mitħna sabiex bil-mod il-mod, din terġa’ tingħata l-glorja tagħha u anke terġa’ tibda tinfunzjona kompletament. Dan il-proġett huwa amministrat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li ħadem bis-sħiħ favur il-preservazzjoni ta’ waħda mill-isbaħ imtieħen…

Tislima Lill-Vittmi Tal-Kamra Tan-Nar Ta’ Santa Marija Limiti Ta’ Ħal Farruġ

Bħal-lum 31 ta’ Mejju tal-1937, fl-Imqabba kienet splodiet il-kamra tan-nar ta’ Santa Marija fil-limiti ta’ Ħal Farruġ. Kienu mietu Lippu Abdilla ta’ 38 sena li kellu ħamest itfal minn Ħaż-Żebbuġ, Ġużeppi Ellul ta’ 28 sena u Manwel Caruana ta’ 26 sena; it-tnejn mill-Imqabba. Insellmu l-memorja tagħhom. Nies li ħabbew il-prioteknika u bla dubju, kellhom devozzjoni…

Tafu Min Kien L-Ewwel Organista Tal-Kon-Katidral Ta’ San Ġwann?

Ħadd ħlief Nicolò Isouard. Twieled f’Ħaż-Żebbuġ fit-30 ta’ Mejju tal-1775. Mar jistudja fl-Akkademja Militari Institution Bernard f’Pariġi iżda minħabba r-Rivoluzzjoni Franċiża kellu jerġa’ jirritorna lejn Malta. Minn hemm kompla jistudja taħt id-direzzjoni ta’ Dom Michelangelo Vella u Francesco Azzopardi. Isouard irċieva wkoll taħriġ f’ Palermo u anke f’Napli. L-ewwel opra tiegħu kienet L’Aviso ai martirati…

Il-Bajja Tal-Għadira Se Tingħata Dehra Ġdida

Illum tħabbar investiment ta’ €2 miljun f’riġenerazzjoni tal-bajja tal-Għadira. Dan ser jinkludi t-tisbiħ tal-promenade u anke se tinħoloq rotta pedonali ta’ 1.2 kilometri tul il-bajja kollha. Ix-xogħlijiet fil-proġett se jinvolvu wkoll sistema ta’ puġġaman ġdid b’sistema ta’ dawl inkorporat, formazzjoni ta’ katusi taħt l-art għal servizzi ġodda, rilokazzjoni ta’ pajsaġġ eżistenti u tħawwil ta’ siġar…

Kont Taf Għaliex Il-Knisja Tal-Imġarr Għandha Forma Ta’ Bajda?

Propju fit-28 ta’ Mejju tal-1937, il-Kappillan tal-Imġarr Dun Edgar Salomone kien ħabbar fil-ġurnali lokali li fl-1936, kienu nġabru 90 lira sterlina mill-bejgħ tal-bajd li l-Parruċċani kienu jagħtu biex jinbiegħu u mill-flus tagħhom, jinġabru l-flus għall-bini tal-Knisja. Kien għalhekk, li l-Knisja tal-Imġarr tawha l-forma ta’ bajda fl-arkitettura tagħha. Interessanti hux?! Ritratt: Azamara.com