Malta Kellha Tibni 8 Vapuri Għall-Unjoni Sovjetika…

Fl-1982, f’Moska fl-Unjoni Sovjetika, kien ġie ffirmat ftehim għall-espansjoni tal-koperazzjoni ekonomika u teknika kif ukoll kuntratt ta’ 3 snin għall-counter trade. Il-Kuntratt kien jiswa 265 miljun Dollaru Amerikan. Malta kellha tibni 8 vapuri tal-merkanzija għall-Unjoni Sovjetika. Meta taħseb ftit, ara minn dan il-pajjiż żgħir, kemm sar kuntatt ma’ pajjiżi ferm akbar tant li anke pprovdejna…

Min-Naxxar – Ritratt Li Juri Kif L-Irħula Jinbidlu Kontinwament

Ritratt li ttella’ fuq is-sit tas-Soċjetà Mużikal Peace tan-Naxxar juri karru tal-karnival li jmur lura fis-snin. Iżjed milli l-karru nnifsu, interessana ħafna kif inbidlet il-pjazza tan-Naxxar. Propju fir-ritratt jidher ġenb mill-każin li għadu hemm sal-lum għalkemm ġie ttrasformat f’binja aktar mirquma u li tadatta wkoll għaż-żmien tal-lum. Iżda, eżatt tmiss miegħu, tidher parti minn kappella…

Meta Qamet Tilwima Bejn Il-Gvern U L-Knisja Dwar Il-Kwadri Ta’ Caravaggio

Bħal-lum 25 ta’ Frar tal-1957 waslu minn Ruma, iż-żewġ kwadri tal-Caravaggio li kienu fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Dawn ġew lura mir-restawr. Mit-Tarzna, fejn waslu fuq bastiment tar-Royal Navy, ittieħdu fil-Mużew Nazzjonali; punt li qajjem tilwima bejn il-Knisja u l-Gvern. Wara, tpoġġew f’posthom fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.   Ritratt: Malta Info Guide

Wasal Żmien Li Jkollna Trasport Alternattiv F’Pajjiżna?

Bħal-lum fl-1905, beda s-servizz tat-tramm f’Malta mill-kumpanija Mc Cartney, Mc Elroy and Col. Ltd. Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni saret ħdejn il-power station tal-Marsa. Fuq l-ewwel vjaġġ lejn il-Belt Valletta kien hemm il-Gvernatur; il-Ġeneral Sir Mansfield Clark. Il-kuntratt kien għal 90 sena u l-kumpanija kellha tagħmel 10 mili ta’ linji. Ovvjament mas-snin dan il-pjan inbidel kompletament iżda qed…

Tafu Għaliex Hemm Gallarija Mal-Faċċata Tal-Kon-Katidral Ta’ San Ġwann?

Bħal-lum 20 ta’ Frar tal-1578, kien sar it-tberik tal-knisja ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta li kienet il-Knisja Konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann. Il-Knisja kienet inbniet minn flus il-Gran Mastru Fra Jean Levesuqe de la Cassiere. Il-pedamenti bdew fl-1573 taħt id-direzzjoni tal-arkiettt bravu Malti Ġilormu Cassar. Tbierket mill-Arċisqof ta’ Monreale; Monsinjur Ludovico de Torres. Il-Gallarija li…

Imut Mons. Dun Ġwann Azzopardi – Kuratur Tal-Mużew Tal-Katidral Tal-Imdina

Monsinjur Dun Ġwann Azzopardi; kuratur tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina, tal-Arkivji kif ukoll kuratur tal-Mużew Wignacourt fir-Rabat ħalla din id-dinja llum. Il-mewt tiegħu tħabbret fuq il-midja soċjali fejn anke l-artist ċelebri Chris Ebejer sellem il-memorja tiegħu permezz ta’ bust kontemporanju li ħadem hu stess ‘dal vivo’ u li issa ser jitpoġġa fil-Mużew Wignacourt li waqqaf hu stess…

Qatt Rajtuh Dan L-Għar Moħbi? Enormi…

Ġmiel ta’ għar fil-limiti tal-Mellieħa… Jidher kbir fid-daqs mhux ħażin tant li hemm nies jikkampjaw fih. Araw il-filmat li ttella’ fuq tiktok. Verament eżempju, ta’ kemm il-pajsaġġ Malti jkompli jissorprendina. Ejjew nieħdu ħsiebu.   @k_parisThis spot is something else 😲 ##cave ##travel ##tiktok ##fy ##malta♬ original sound – creepy slowed audios  

Il-Kelma Randan Ġejja Mill-Għarbi…

Illum niċċelebraw Ras ir-Randan; l-40 jum ta’ ndiema u penitenza li jibdew jgħoddu mil-lum sa Sibt il-Għid. L-40 jum ma jinkludux il-Ħdud. Tajjeb jingħad, li l-kelma Randan ġejja mill-Għarbi Ramadan għalkemm ir-Randan kif nafuh aħna, m’għandux x’jaqsam mar-Ramadan tal-Iżlam. Iżda, teżisti similarità; dik tas-sagrifiċċju. Bħal-lum, isiru quddies fejn fuq il-moħħ jitpoġġa trab/irmied li jissimbolizza li…

Aħbar Sabiħa Għall-Għawdxin: €750,000 F’Fondi Għall-Attivitajiet Kulturali

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-iskema ta’ fondi għall-attivitajiet kulturali f’Għawdex, fejn għal din is-sena ġew allokati €750,000, tliet darbiet aktar mis-sena l-oħra. Il-Ministru Camilleri qal kif dawn il-fondi se jkomplu jsaħħu l-qasam kulturali f’Għawdex. Spjega li “bħala Ministeru u Gvern, anke fi sfond ta’ pandemija, ma waqqafna xejn milli nibqgħu ngħinu l-artisti u…