Featured posts

€1.5 Biljun Kontribut tal-Industrija tal-Films fl-Ekonomija Maltija

L-industrija tal-films f’Malta ġġenerat madwar €1.5 biljun fl-ekonomija nazzjonali u sostniet aktar minn 15,000 impjieg tul l-aħħar tmien snin. Dan ħabbru l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, f’messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn spjega li dawn iċ-ċifri juru bidla strutturali f’settur li għal aktar minn 90 sena kien jaħdem b’mod staġjonali u limitat. Skont Grech, illum l-industrija tal-films…

48 għaqda volontarja jibbenefikaw minn €800,000 permezz tal-Iskema VOPS

Wara kważi 20 sena ta’ xandir minn radju komunitarju Koppin, Radju Leonardo 105.2FM issa ġie rilokkat f’post ġdid fir-raħal grazzi għall-impenn volontarju tal-membri tal-Għaqda Mużikali San Leonardu ta’ Ħal Kirkop u għajnuna finanzjarja ta’ €20,000 mill-Iskema għall-Proġetti tal-Organizzazzjonijiet Volontarji (VOPS) għas-sena 2025. Din l-iskema hija mħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u…

Fuq miljun u nofs b’riżq id-Dar tal-Providenza – Poplu li jagħti b’imħabba

Ilbieraħ, fil-maratona ġbir ta’ fondi b’riżq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi nabret is-somma sabiħa ta’ €1,556,453. Somma bżonnjuża sabiex din id-dar tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha favur il-persuni b’diżabbilità. Din twaqqfet lura fl-1965 minn Monsinjur Mikiel Azzopardi. Festa ta’ ġenerożità. Is-sena t-tajba lil kulħadd.

Tinġabar is-somma fenomenali ta’ €5,760,295 fl-Istrina

Ġmiel ta’ somma nġabret mill-poplu Malti u Għawdxi fl-Istrina; festa ta’ ġenerożità bl-islogan popolari jibqa’ dejjem L-Istrina, l-għada tal-Milied 🎄Flimkien b’solidarjetà. Ma hemmx iżjed kummenti xi żżid ħlief li min jixtieq ikompli jċempel, jista’ jagħmel dan fuq dawn in-numri t’hawn taħt: 51902030 – €50 51802012 – €25 21262626 – PLEDGES 50619201 – €11.65 79359565 –…

Għada l-jum iddedikat għall-Innu Malti

Il-Belt Valletta, bħala l-Kapitali ta’ pajjiżna, u s-27 ta’ Diċembru, bħala l-jum iddedikat għall-Innu Malti, issa huma mnaqqxin formalment fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, wara li l-emendi relevanti ġew approvati unanimament mill-Parlament u daħlu fis-seħħ. Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, il-Belt Valletta qed tiġi rikonoxxuta b’mod ċar u uffiċjali fil-Kostituzzjoni bħala l-Belt Kapitali ta’ Malta. Fl-istess ħin,…

Waslet l-Istrina 2025

Fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għall-edizzjoni tal-2025 ta’ L-Istrina, il-maratona nazzjonali li tittella’ l-għada tal-Milied b’risq il-Malta Community Chest Fund, sabiex tkompli tgħin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. It-Tlieta filgħodu, il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, żaret il-post fejn segwiet mill-qrib ix-xogħol li għaddej u ltaqgħet mal-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-President,…

L-ewwel servizz fil-purċissjoni tal-Bambin mis-Soċjetà Mużikali Qawra

Ilbieraħ it-Tnejn 22 ta’ Diċembru 2025 kien l-ewwel servizz mużikali mis-Soċjeta’ Mużikali Qawra fil-purċissjoni tal-Milied organizzata mill-Parroċċa tal-Qawra. Iċ-Ċentru Soċjali u Mużikali Qawra twaqqaf fit-13 ta’ Marzu 2024 bl-għan li jkun ipprovdut it-tagħlim tal-mużika bla ħlas u anke biex tissaħħaħ il-kultura Maltija fil-Qawra u Buġibba, indipendenti mill-eta’, ġeneru jew razza.       Ritratti: Soċjetà…

Ġesù Bambin bagħat ittra tal-Milied… Aqrawha ftit

Għeżież ħuti, Jien twelidt f’sempliċità kbira, f’maxtura umli, imdawwar b’imħabba siekta u bit-tama. Ma ġejtx bid-deheb jew bil-qawwa, imma bil-paċi u bid-dawl li jitwieled mill-qalb safja. Nixtieq li f’dan il-Milied tifhmu li jien qrib tagħkom, speċjalment meta tħossukom weħidkom, imbeżżgħin jew għajjenin. Jien nitwieled kull darba li tagħtu tgħanniqa, kull darba li taħfru, kull darba…

Il-Ministru Bonnici jżur is-sett tal-produzzjoni internazzjonali La Comtesse de Monte-Cristo li qed jinġibed f’Malta

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech, żar is-sett tal-produzzjoni televiżiva Franċiża La Comtesse de Monte-Cristo, li bħalissa qed tinħadem f’Malta. Din il-produzzjoni ta’ livell għoli tikkonsisti f’tmien episodji ta’ 52 minuta u ilha tinġibed f’pajjiżna għal dawn l-aħħar tliet xhur. Matul iż-żjara, il-Ministru u l-Kummissarju ltaqgħu mal-produtturi, id-direttur,…

Bil-Filmat: Terġa’ tibda ssir il-Purċissjoni bil-Bambin fit-toroq tal-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis li għadda, 18 ta’ Diċembru filgħaxija, mijiet ta’ familji u tfal imxew wara l-purċissjoni ta’ Ġesù Bambin madwar it-toroq tal-Belt Valletta, fejn imbagħad temmew il-mixja b’quddiesa mill-isbaħ bil-parteċipazzjoni ta’ diversi tfal fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann. Din hija tradizzjoni sabiħa mmens li kienet inqatgħet għal xi żmien imma issa qed terġa’ ssir bis-saħħa tal-programm…