Ktieb Fl-Okkażjoni Taċ-Ċentinarju Mill-Inkurunazzjoni Tal-Bambina Fl-Isla
Din is-sena, 2021, għall-Belt Senglea hija sena speċjali għaliex timmarka l-ewwel ċentinarju mill-inkurunazzjoni solenni tal-istatwa ta’ Marija Bambina. Ix-xbieha ta’ Marija Bambina ilha fil-parroċċa tal-Isla sa mis-sena 1618, u dejjem kienet sors ta’ devozzjoni. Fl-ewwel snin tas-seklu tmintax, is-Sengleani qiegħdu kuruna tal-fidda fuq ir-ras grazzjuża ta’ Marija Bambina. Dan l-għelm ta’ mħabba u devozzjoni nibbet…









