Featured posts

Imtenni mill-ġdid appell urġenti biex jissalva l-Forti Salvatur tal-Kalkara

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed terġa’ ttenni l-appell urġenti tagħha sabiex jittieħdu passi konkreti u immedjati biex jiġi mħares u salvat il-Forti Salvatur fil-Kalkara — binja ta’ importanza storika u kulturali kbira li bħalissa tinsab f’qagħda allarmanti ta’ deterjorazzjoni kontinwa. Intqal li għalkemm jirrikonoxxu li l-forti jinsab f’idejn sidien privati, l-istat attwali tiegħu jesiġi intervent koordinat…

Il-General Workers Union talbet żieda ta’ Lm1.25

Kien bħal-lum 12 ta’ Jannar tal-1949, meta beda jinstema l-ewwel arbitraġġ kontra d-Dipartiment tad-Difiża Ingliża f’Malta. Il-President tat-Tribunal kien Sir Charles Doughty. Kien sar mill-General Workers Union f’isem il-ħaddiema tat-tarzna. L-Union kienet rappreżentata mis-Sur Leli Tabone li kien mgħejjun mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Reggie Miller. L-Union talbet żieda ta’ Lm1.25 u żieda proporzjonali għaż-żgħażagħ. Fid-deċiżjoni tiegħu,…

Laqgħa speċjali mal-anzjani dwar White Rocks

Numru ta’ anzjani ħadu sehem f’laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-ħolqien ta’ parks nazzjonali f’pajjiżna, b’enfasi partikolari fuq iż-żona tal-White Rocks. Il-laqgħa, immexxija mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli flimkien mat-tim ta’ Project Green, tifforma parti minn sensiela ta’ laqgħat organizzati taħt it-tema ‘Shape your Space’. Dawn il-laqgħat qed isiru bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-parks…

Ktieb ġdid jenfasizza l-potenzjal ta’ Bormla bħala destinazzjoni ta’ turiżmu sostenibbli

Ġie ppubblikat ktieb ġdid bit-titlu Bormla and its Tourism Potential, mill-Osservatorju dwar it-Turiżmu f’Malta, li jpoġġi fid-dawl il-wirt storiku u kulturali rikk ta’ Bormla, filwaqt li jenfasizza l-opportunitajiet li din il-belt toffri għal turiżmu sostenibbli u ta’ kwalità. Il-pubblikazzjoni, miktuba mill-Professur Godfrey Baldacchino, l-Inġinier Paul R. Micallef u Dr John Vella, ġiet imnedija nhar il-Ġimgħa…

Ħasbu li għamlet ħafna xita għax l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt ittieħdet lejn raħal ieħor … Evarist Bartolo jtina ħarsa lura lejn is-superstizzjonijiet tal-Maltin

Fl-1832 għamlet tant xita li saħansitra beda jsir it-talb biex tieqaf. Ħafna nies bdew jemmnu li din ix-xita kbira kienet ġejja mill-fatt li l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta kienet ittieħdet lejn raħal ieħor, u minflokha ġiet imġieba l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja. Meta l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu reġgħet inġabet lura l-Belt, kompla jsir it-talb, iżda t-temp ma nbidilx…

Imiss Festa Ċitru se ssir nhar il-Ħadd 18 ta’ Jannar

Festa Ċitru ta’ din is-sena se tittella’ nhar il-Ħadd 18 ta’ Jannar fil-Palazz ta’ Sant’Anton, u se terġa’ toffri lill-familji l-opportunità li jakkwistaw frott taċ-ċitru frisk, maqtugħ direttament mill-ġonna storiċi tal-istess Palazz. Id-dettalji dwar din l-edizzjoni, li qed issir b’risq il-Malta Community Chest Fund (MCCF), tħabbru waqt attività indirizzata mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono. Għal…

L-ewwel elf kopja tal-Ktieb ‘Inħobbkom’ inbiegħu kollha

Il-ktieb INĦOBBKOM, li jfakkar u jiċċelebra l-ħajja u l-ħidma ta’ Monsinjur Victor Grech, reġa’ ġie stampat wara li l-ewwel 1,000 kopja tiegħu nbigħu kollha fi żmien xahar biss. Minħabba d-domanda qawwija mill-pubbliku, kien hemm il-ħtieġa li jsir stampar ieħor f’ammont akbar, li sar possibbli grazzi għas-sapport ta’ sponsor. PG Group, li jinkludi fi ħdanu lil…

48 Siegħa. Leħen wieħed. MISSJONI Qawwija waħda.

Ozzy Lino qed jaffaċċja sfida straordinarja: Singathon ta’ 48 siegħa konsekuttivi, fejn se jdoqq u jkanta bla waqfien għal jumejn sħaħ. Kull kanzunetta se titwassal live minn Ozzy stess, flimkien ma’ appoġġ ta’ kantanti u mużiċisti mistiedna speċjali li se jingħaqdu miegħu tul l-esperjenza. 📍 Planetarium Hall ta’ Esplora, il-Kalkara📅 Mis-6 sat-8 ta’ Frar 2026⏰…

Imiss San Valentinu f’Għawdex … Il-Milied kien suċċess

Wara r-riżultat pożittiv ħafna tal-programm Milied f’Għawdex, tħabbar uffiċjalment Inħobbok Valentine’s in Gozo 2026, li se jkun fost l-ewwel inizjattivi ta’ din is-sena. Il-programm se jittella’ bejn il-31 ta’ Jannar u l-14 ta’ Frar 2026 u jinkludi sensiela ta’ attivitajiet mifruxa f’diversi lokalitajiet Għawdxin. Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, spjega li dan il-programm…

Lejn kwalità ta’ ħajja aħjar: imnedija borża ta’ studju għal Dottorat dwar in-nuqqas ta’ vista

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Università ta’ Malta, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti ħabbar it-tnedija ta’ borża ta’ studju għal Dottorat li se tiffoka fuq in-nuqqas ta’ vista. Il-proġett ta’ riċerka huwa ffinanzjat mill-Fondazzjoni għall-Aċċessibbiltà fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (FITA) u se jiffoka b’mod partikolari fuq it-tfal u l-adolexxenti neqsin mid-dawl u l-familji tagħhom, b’enfasi…