Featured posts

L-allokazzjoni għall-Kunsilli Lokali se tiżdied b’€2 miljun

Fil-Budget 2026, il-Gvern żied l-allokazzjoni għall-Kunsilli Lokali b’€2 miljun. Barra minn hekk, dawk il-kunsilli li jinsabu f’lokalitajiet popolari mat-turisti se jirċievu fondi addizzjonali. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, li saħqet li ż-żidiet huma konferma tal-impenn tal-Gvern li jkompli joffri aktar skemi u fondi bħalma għamel fis-snin ta’ qabel. Zerafa Civelli tkellmet…

Dalwaqt ikun imniedi l-ktieb Frak Mill-Istorja – Ta’ Evarist Bartolo

Evarist Bartolo ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni, kemm bħala politiku u wisq anqas bħala riċerkatur tal-istorja ta’ niesna. Kontinwament fuq bażi ta’ kuljum, itella’ kitbiet fil-qosor dwar ġrajjiet, mument u episodji mill-istorja tagħna. Hemm minnhom togħxa titgħallem dwarhom u xi minn daqqiet, titkexkex għaliex tinduna li l-passat tagħna ma kienx dejjem kollu ward u żahar.…

Sistema ta’ dawl ġdida fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Inawgurat il-proġett ‘The New Light: Illuminating the Sacred’, li qed idaħħal sistema ta’ dawl moderna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann permezz ta’ investiment ta’ aktar minn €400,000. Minkejja li kien lest biss 60% tal-proġett, il-konsum tal-enerġija diġà naqas b’aktar minn nofs, u b’hekk qed jissaħħu l-effiċjenza enerġetika u tnaqqsu l-ispejjeż operattivi. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern…

Ħajjin – Il-Ħut u l-Baħar Ta’ Madwarna

Festa għall-familja kollha, il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2025 f’Marsalforn. Jum ta’ attivitajiet għall-familja kollha – Ħajjin – Il-Ħut u l-Baħar Ta’ Madwarna, avveniment li jiċċelebra l-ħajja marittima u s-sajd lokali. Mill-11am ‘il quddiem wieħed ser ikun jista’ jgawdi minn ħut frisk u ikel uniku b’xejn, maħdum bi prodotti lokali u ħut mis-sajd tas-sajjieda Maltin u…

Inawgurat il-mafkar f’ġieħ l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici fi Pjazza Kastilja

Ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-mafkar dedikat lill-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici fi Pjazza Kastilja, fejn faħħar il-legat tiegħu li għadu jinħass sal-lum. Huwa ddeskrivieh bħala raġel ta’ integrità, umiltà u ġustizzja soċjali, li qatt ma beża’ jgħid tiegħu u kien dejjem qrib in-nies. Dr Abela sostna li Karmenu Mifsud Bonnici ħalla…

It-tieni edizzjoni tal-Christmas Market fil-qalba tal-Belt Valletta

It-tieni edizzjoni tal-Christmas Market fil-qalba tal-Belt Valletta se ssir bejn is-6 u t-8 ta’ Diċembru 2025, f’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u s-Suq tal-Belt. Din l-attività popolari toffri esperjenza unika ta’ artiġjanat, kultura u tradizzjoni tal-Milied fil-Kapitali. Il-Christmas Market se jinkludi stands ta’ artiġjanat lokali, ikel tradizzjonali bħall-imbuljuta u l-qastan, kif ukoll dekorazzjonijiet tal-Milied.…

Il-Pjazza tal-Imtarfa irriġenerata bi proġett mill-isbaħ

Mijiet ta’ familji attendew l-attività “Iż-Żunżana Ddur Iddur fil-Pjazza tal-Imtarfa”, li saret biex tiġi ċċelebrata l-inawgurazzjoni uffiċjali tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Imtarfa — proġett li sar b’investiment ta’ €1.5 miljun. Matul din l-attività, il-pubbliku seta’ jgawdi minn atmosfera ferriħija mimlija logħob tradizzjonali Malti, mużika tal-banda u ikel tipiku Malti. Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia esprima s-sodisfazzjon…

Beppe Caruana se jirrappreżenta lil Malta fil-finali ta’ “Zecchino D’Oro”

Beppe Caruana se jikteb kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu hekk kif ġie magħżul bħala wieħed mill-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kompetizzjoni prestiġjuża Taljana Zecchino D’Oro. Beppe se jkanta l-kanzunetta oriġinali bit-Taljan, “Toc Toc”. Il-Public Broadcasting Services (PBS), flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, kellhom rwol importanti biex jiffaċilitaw il-proċess li permezz tiegħu tfal Maltin setgħu japplikaw għal dan…

Imfakkar Jum it-Tifkira

Ilbieraħ, il-Ħadd 9 ta’ Novembru 2025, ġie mfakkar Jum it-Tifkira — jum iddedikat lill-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija. Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, organizza ċelebrazzjoni kommemorattiva li bdiet b’quddiesa konċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-9:30 ta’ filgħodu. Il-quddiesa, li kienet iċċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, tixxandret ukoll dirett fuq TVM.…

Investiment rekord fil-festi Maltin u fil-wirt intanġibbli

Wara l-preżentazzjoni tal-Budget 2026, il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali kkonkluda b’mod definittiv ix-xiri tas-sede storika tal-Banda King’s Own tal-Belt Valletta – waħda mill-eqdem u l-aktar rispettati soċjetajiet fil-pajjiż. Din il-miżura kienet meħtieġa sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn is-soċjetà setgħet tiġi żgumbrata mis-sede tagħha minħabba kwistjoni legali marbuta mal-kirjiet antiki. Il-Ministeru investa total ta’ €7.4…