Iċ-Ċkejken Beppe Jippubblika T-Tieni Ktieb Tiegħu Biex Joħloq Kuxjenza Dwar L-Awtiżmu
Wara li s-sena l-oħra ippublika l-ewwel ktieb tiegħu – “Il-Mawra tieghi fl-Ispazju”, iċ-ċkejken Beppe, li llum għandu 10 snin, għadu kif ippublika t-tieni ktieb tiegħu “Il-Ħbieb ta’ Ġużi”. Għalkemm għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu, b’diffikulta’ li jitkellem, Beppe ma jaqtax qalbu u xorta waħda jrid ikompli jsemma leħnu billi jikteb. Huwa tifel intelliġenti immens u l-kitba qed…









